MT: Ritratt ta' Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli EN: Photo of the Parliament Secretary, Alison Zerafa Civelli. Parliament Secretary for the Local Government.

Alison Zerafa Civelli hija minn Bormla u preżentement toqgħod il-Kalkara. Bint Emanuela u Anthony Zerafa. It-tieni minn ħames aħwa, miżżewġa lil Christian Civelli u omm tifla ta’ seba’ snin, Carla. Minn dejjem attendiet skejjel tal-gvern u wara s-sixth form irreġistrat l-Università ta’ Malta għall-kors tal-Baċellerat fl-Edukazzjoni. Imbagħad bdiet tistudja u kisbet Master’s degree fl-edukazzjoni mill-Università ta’ Malta u bħalissa qed issegwi Master’s in Management and Good Governance.
Il-professjoni tagħha hija dik ta’ edukatriċi. Għallmet f’diversi livelli fl-iskejjel tal-gvern. Ħadmet ma’ studenti b’diffikultajiet soċjali, emozzjonali u ta’ mġieba. Fl-2016 serviet bħala assistent prinċipal u aktar tard bħala kordinatriċi f’ċentru ieħor ta’ tagħlim.
Bejn l-2013 u l-2022 kellha l-kariga ta’ Sindku ta’ Bormla – kariga li minnha tgħallmet ħafna, u li ta’ kuljum ressqitha eqreb lejn in-nies. F’Marzu 2022 ikkontestat l-Elezzjoni Ġenerali mal-Partit Laburista u ġiet eletta fil-Parlament Malti fejn ġiet fdata bil-kariga ta’ Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali.


Involviment Politiku u Lokali


Sa minn sittax-il sena kienet imdaħħla b’mod attiv f’diversi gruppi lokali u fil-Partit Laburista fuq bażi volontarja. L-ewwel xogħol tagħha bħala voluntiera kien f’Daritama Bormla u, wara, fil-kumitat Laburista lokali ta’ Bormla. Ħadet sehem ukoll fl-ogħla istituzzjonijiet tal-Partit Laburista – kemm fl-Eżekuttiv Nazzjonali kif ukoll fil-Forum Żgħażagħ Laburisti. Ħadet sehem ukoll fi programmi televiżivi popolari fuq ONE TV, fosthom Bla Agenda, Viċi-Versa, Sitta Ġewwa u ħafna oħrajn.

kultura
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.