Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali ġie kostitwit f’Jannar 2020, wara l-bidla li saret fid-dekasteri ministerjali b’riżultat tal-ħatra tal-Prim Ministru l-ġdid. Dan il-Ministeru ingħata r-responsabbiltajiet prinċipali tal-oqsma tal-Wirt Kulturali, ir-Restawr, il-Kultura, l-Arti, it-Teatri, il-Lingwa Maltija, l-Arkivji Nazzjonali, il-Biblijoteka Nazzjonali, u l-Gvern Lokali, u wara anke x-Xandir u l-qasam awdjoviżiv. Minnufih bdiet ħidma biex f’dawn is-setturi nimxu mal-wegħdi tal-Gvern fil-programm tiegħu.

Għaldaqstant, il-Ministeru huwa impenjat li jippromwovi u jippreserva l-wirt kulturali ta’ pajjiżna, kif ukoll jappoġġa u jrawwem il-kreattività u l-espressjoni artistika. Permezz tal-programmi u l-inizjattivi varji tagħna, aħna nimmiraw li nippromwovu d-diversità kulturali, ninkoraġġixxu l-innovazzjoni u l-kreattività, nipprovdu opportunitajiet għal individwi u komunitajiet sabiex inkomplu inżidu l-apprezzament lejn l-arti, kif ukoll insaħħu l-qasam awdjoviżiv u x-xandir pubbliku.

kultura
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.